Fil-każ ta’ postijiet/pożizzjonijiet taħt skala ta’ salarju 5, wieħed jista’ jara r-riżultat fuq in-notice-board tal-Ministeru, fil-One Stop Shop Customer Care, Bini tal-Edukazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana, kif ukoll fl-uffiċċju tal-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ (HCN) madwar Malta u Għawdex. Fl-istess ħin, se tintbagħat notifika ta’ SMS lill-kandidati kollha li għaddew mill-proċess tal-għażla. Fil-każ ta’ postijiet/pożizzjonijiet fi skala ta’ salarju 5 jew ogħla, ir-riżultat ma jiġix ippubblikat iżda jintbagħat lill-kandidati permezz ta’ e-mail fl-indirizz elettroniku pprovdut mill-kandidati fuq il-formola tal-applikazzjoni tagħhom.
Talba għal tqassim tal-marki, li tingħata biss lil dawk il-kandidati li kienu parti mill-proċess tal-għażla, għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru fuq posta elettronika: [email protected] wara d-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultati
L-oġġezzjonijiet dwar ir-riżultat tal-proċess ta’ għażla għandhom jiġu sottomessi permez ta’ Petition e-form kif ġej:
Il-Kummissjoni xorta tista’ tiġi kkuntattjata fuq [email protected].