Il-Missjoni Tagħna

Il-missjoni tagħna hi li nrawmu ambjent tax-xogħol inklużiv, dinamiku u li joffri s-sapport neċessarju fejn kull individwu ikun inkuraġġut sabiex jibqa jikber u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi edukattivi tagħna permezz ta’:
  • Prijoritizzazzjoni tal-benesseri, it-tkabbir u l-iżvilupp professjonali tal-impjegati tagħna, billi nirrikonoxxu li d-dedikazzjoni u l-esperjenza tagħhom huma fundamentali biex nwettqu l-missjoni tagħna li nipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità lill-kulħadd.
  • Ħidma fuq inizjattivi għall-akkwist strateġiku ta’ talent, u r-ritenzjoni tal-impjegati, biex nattiraw u nkabbru tim divers ta’ professjonisti impenjati li jtejbu l-edukazzjoni.
  • Nippromowvu il-kollaborazzjoni, l-ekwita, u l-innovazzjoni fil-prattiċi tagħna, sabiex nimmiraw li niffurmaw kultura ta’ titjib kontinwu u kontabilità.

Viżjoni

Naspiraw li l-ħidma ta’ dan is-settur tkun rikonoxxuta u fdata bħala riżorsa li l-impjegati jfittxu għal-appoġġ biex jipprovdu servizz ta’ eċċellenza lis-soċjetà. VALURI Aħna nemmnu f’servizz ta’ kwalità konsistenti lil klijenti u partijiet interessati tagħna permezz ta’:
  • Integrità
  • Professjonalità
  • Kollaborazzjoni u komunikazzjoni
  • Puntwalità
  • Kreattività u adattabilità.