Merħba
Merħba fuq il-websajt uffiċjali għal- People Management fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport. Bħala Dipartiment tal-People Management, l-għan tad-dipartiment huwa li nrawmu ambjent tax-xogħol inklussiv u ta’ appoġġ fejn kull individwu jiġi mmotivat sabiex jilħaq il-potenzjal tiegħu. Permezz ta’ kollaborazzjoni, innovazzjoni u ugwaljanza, l-għan tagħna huwa li noħolqu ambjent tax-xogħol immirat sabiex neċċelaw fis-settur tal-edukazzjoni u jkollna s-setgħa li nkunu l-mutur għal bidla f’ħajjiet l-individwi permezz tat-tagħlim.